L-attakkant ta’ Juventus Mario Mandžukić aktarx jiġi sfurzat biex jilgħab għall-Kroazja fil-logħba li jmiss minkejja li weġġa’ u kellu jinbidel fil-logħba kontra l-Finlandja.

Mandžukić għadu qed jilmenta minn uġigħ, iżda tħarreġ ma’ sħabu fl-iskwadra nazzjonali. Madankollu mistenni li ssirlu infiltrazzjoni fl-għaksa biex jitnaqqas l-uġigħ u jkun jista’ jilgħab.

Iżda l-biża’ ta’ Juventus hi li l-plejer se jirritorna agħar milli diġà’ hu u jitlef il-logħba kontra Lazio. Għall-kuntrarju Marcelo Brozović intbagħat lura Milan minħabba affaticamento muskolari.

Sors: Tuttosport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280