Fil-partita kontra Spal rajna għall-ewwel darba lil Mario Mandžukić bħala captain ta’ Juventus. Din il-mossa ntlaqgħet tajjeb mill-partitarji Juventini hekk kif il-Kroat huwa wieħed mill-plejers favoriti tal-istess Juventini.

Kienet ġurnata tajba għal Mandžukić hekk kif apparti l-faxxa ta’ captain, niżżel ismu wkoll fil-lista tal-plejers li skurjaw hekk kif propju skurja t-tieni gowl tal-logħba. Dan il-gowl Mandžukić iddedikah direttament lil partitarji Juventini biex esprima r-rispett kbir li għandu lejn il-partitarji.

Sors: Tuttosport

Il-klabb qed joffri numru limitat ta’ postijiet għal tours organizzati bi sħab bejn il-klabb u Britannia Tours, għal-logħob kontra Spal u Valencia. Dawk interessati mitluba jċemplu lil Britannia fuq 21245418 jew 21238039 inkella jagħmlu kuntatt b’email fuq sales@bsl.com.mt

Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280