F’intervista qabel il-partita kontra Verona d-Direttur ta’ Juventus Beppe Marotta kien mistoqsi dwar il-possibbiltà li Marko Pjaca jitlaq b’self f’Jannar li ġej.

Marotta kkonferma li l-probabbiltà hija li Pjaca jmur b’self ma’ Schalke 04.

“Pjaca dieħel bil-mod lura wara injury twila u serja fl-irkoppa. Huwa importanti li jerġa’ jikseb iċ-ċans biex jilgħab regolarment u hemm ċans tajjeb li jirnexxilu jagħmel dan ma’ Schalke 04.”

Sors: Mediaset Premium

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280