Il-kowċ ta’ Juventus Massimiliano Allegri aktarx iġedded il-kuntratt tiegħu mal-klabb sal-2021. Il-kuntratt attwali hu validu sal-2020.

Dan hekk kif illum għaddejja laqgħa importanti fis-sede ta’ Juventus li għaliha hemm preżenti wkoll l-Amministratur Delegat Aldo Mazzia.

Matul il-laqgħa, iż-żewġ partijiet mistennija jaqblu fuq il-garanziji li jrid Allegri, fosthom li jitneħħew xi plejers filwaqt li tissaħħaħ l-iskwadra, b’mod speċjali fil-midfield.

Sors: TuttoJuve

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280