Il-kowċ ta’ Juventus Massimiliano Allegri qed jikkunsidra esperiment pjuttost riskjuż fid-difiża, iżda li għandu jkun abbordabbli għal-logħba kontra Crotone.
Dan hekk kif xi ġurnali qed jirrappurtaw li fid-difiża ċentrali se jkun hemm Daniele Rugani u Medhi Benatia, li mhumiex plejers regolari, akkumpanjati minn Benedikt Höwedes fir-ritorn tiegħu minn injury.
Jakkumpanjawhom mal-linji aktarx ikun hemm Alex Sandro u plejer ieħor mhux regolari u li rritorna minn injury, jiġifieri Mattia De Sciglio.
Sors: La Gazzetta dello Sport
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artilu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com