Fil-konferenza stampa ta’ lejlet il-logħba kontra Sassuolo, il-kowċ ta’ Juventus Massimiliano Allegri żvela l-aħħar indikazzjonijiet rigward il-formazzjoni.

“Miralem Pjanić u Giorgio Chiellini se jkunu fuq il-bank biex jistrieħu. Fil-midfield għadni mhux ċert rigward Khedira però għada Can se jibda mill-ewwel minuta. Konferma oħra hija li Mandžukić u Wojciech Szczęsny se jkunu qed jibdew mill-ewwel minuta.”

Allegri tkellem ukoll rigward Cristiano Ronaldo.

“Fil-waqfa tan-nazzjonal Cristiano ħadem tajjeb ħafna u nahseb li għada se jsib ix-xibka. Fl-ewwel tliet logħbiet kien tajjeb ħafna però jonqsu l-gowl u nemmen li se jasal ukoll.”

Sors: Juventus

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280