Lejliet il-logħba tal-Coppa Italia kontra Bologna, Massimiliano Allegri aġġorna lill-ġurnalisti dwar l-injuries li qed iħabbat wiċċu magħhom.

“Għada aktarx nilgħab lil Leonardo Spinazzola għal imqar taqsima waħda. João Cancelo jirritorna għas-Supercoppa kontra Milan,” stqarr Allegri. Fl-iskwadra hemm ukoll Andrea Barzagli u Juan Cuadrado li għandhom injuries fit-tul.

Mistoqsi dwar Mario Mandžukić, li weġġa’ fit-taħriġ, Allegri rrisponda: “Se nweġibkom kif iħobb jgħid il-Kroat innifsu: No Good.”

Sors: Tuttosport

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280