Fil-konferenza tal-aħbarijiet lejlet il-partita kontra Atalanta, il-kowċ Massimiliano Allegri tkellem rigward l-injuries li hemm bħalissa fil-kamp Juventin.

Allegri qal li Federico Bernardeschi mistenni jkun operat wara li weġġa’ kontra Torino. Allegri tkellem ukoll fuq Gonzalo Higuaín fejn qal li għadu mhux jittrenja mal-kumplament tal-iskwadra iżda mhux se jdum nieqes fit-tul.

“Bernardeschi se jkun evalwat sew fil-jiem li gejjin iżda jekk it-trattament li se jingħata ma jaħdimx, allura jkollu jagħmel operazzjoni. Sfortunatament dik hija s-sitwazzjoni ta’ Federico. Higuaín qala’ daqqa fl-għaksa u għadu ma ttrenjax mal-kumplament tat-tim iżda mhux mistenni jdum nieqes fit-tul.”

Allegri tkellem ukoll rigward il-plejers l-oħra li jinsabu mweġġgħa. “Blaise Matuidi u Mario Mandžukić huma lesti biex jilagħbu. De Sciglio għandu problemi muskolari u se jiġi evalwat fil-jiem li ġejjin. Juan Cuadrado qed jittrenja bi programm li ngħatalu iżda baqagħlu biex jerġa’ jirritorna.”

Sors: Tuttosport

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280