Hekk kif Juventus lagħbu logħba ta’ ħbiberija kontra Trino, b’Marko Pjaca fil-lista tal-iskorers, il-kowċ Massimiliano Allegri qed jesperimenta dwar kif se jintegra lill-plejer fl-iskwadra.

Fil-logħba tal-bieraħ, Pjaca lagħab fil-pożizzjoni li attwalment jilgħab Gonzalo Higuaín u jidher li hu dan il-pjan.

Pjaca mhux mistenni jilgħab nhar il-Ħadd li ġej minkejja li se jsir tibdil kbir fl-iskwadra, iżda aktarx jibda jilgħab ftit ftit mil-logħob ta’ wara l-waqfa tan-nazzjonal.

Sors: La Gazzetta dello Sport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280