Jekk Juventus jelgħbu lil Olympaikos u jikkwalifikaw mal-aħħar sittax, Massimiliano Allegri jkun laħaq lil José Mourinho.
Dan hekk kif il-kowċ Portugiż jinsab fit-tieni post tal-coaches li ggwidaw l-iskwadri tagħhom għal tmien darbiet sar-rawnd tal-aħħar sittax taċ-Champions League.
Massimiliano Allegri s’issa għadda erba’ darbiet għal dan ir-rawnd ma’ Milan qabel ingħaqad ma’ Juventus u kiseb tliet kwalifikazzjonijiet konsekuttivi oħra.
Aħjar minnhom hemm biss Arsene Wenger, li kkwalifika 14-il darba.
Sors: La Stampa
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artilu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com