“Flimkien mat-tobba, illum irridu nieħdu deċiżjoni jekk għandniex insejħu lil Emre Can flimkien mal-kumplament tal-iskwadra għal-logħba kontra Fiorentina.”

Iddikjara dan il-kowċ ta’ Juventus Massimiliano Allegri fil-konferenza tal-aħbarijiet ta’ lejlet din il-logħba. Dan minkejja li Emre Can għadu mhux lest għal-logħob hekk kif għamel biss parti minn sessjoni ta’ taħriġ mal-kumplament tal-iskwadra.

Wara l-operazzjoni fit-thyroid, Emre Can irkupra malajr u ferm qabel dak li kien maħsub. Allegri saħansitra qal li “mill-ġimgħa d-dieħla Emre Can se jkun jista’ jagħmel iktar sessjonijiet ta’ taħriġ intensivi u aktarx ikun disponibbli għal kontra Inter.”

Sors: TuttoJuve

Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280