Hekk kif Juventus kellhom jitħabtu iktar milli mistenni biex għelbu lil Benevento, id-difensur Mattia De Sciglio intgħażel bħala l-Man of the Match tal-logħba, skont il-voti tal-qarrejja ta’ JuventusMalta.com.

B’45% tal-voti, De Sciglio qabeż mhux bi ftit lill-attakkant Gonzalo Higuaín u Juan Cuadrado, li kienu l-plejers li b’gowl kull wieħed taw rebħa lil Juventus.

L-għażla ta’ De Sciglio bħala Man of the Match hi sinifikanti iktar u iktar meta wieħed jikkunsidra li l-plejer għadu kif irritorna minn injury u kien fiċ-ċentru ta’ kritika u xettiċiżmu mindu ngħaqad mal-klabb mingħand ir-rivali Milan.

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280