Id-difensur Mattia De Sciglio, li fuq livell ta’ klabb skurja l-ewwel gowl tiegħu kontra Crotone, iddikjara li lanqas biss kien jaf kif għandu jiċċelebra.

“Ma kontx naf kif għandi niċċelebra. F’daqqa waħda sibt lil sħabi tal-iskwadra kollha fuqi jiċċelebraw,” iddikjara De Sciglio fi tmiem il-logħba.

Ikompli sorpriż: “F’daqqa waħda rajt lil Buffon ġej lejja b’ġirja, qasam 80 metru ta’ grawnd biex jgħannaqni. Kienet emozzjoni wisq sabiħa.”

Sors: Premium Sport

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artilu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280