Il-plejer ta’ Juventus Blaise Matuidi jidher li fl-aħħar kiseb il-fiduċja tal-kowċ ta’ Franza Didier Deschamps.

Dan hekk kif wara nuqqas ta’ żmien, Matuidi reġa’ ġie kkonfermat minn Deschamps għal-logħob kontra Wales u l-Ġermanja f’konferma wara l-prestazzjonijiet riċenti tiegħu man-nazzjonal.

Iżda mhux l-istess jista’ jingħad għal Gonzalo Higuaín, li reġa’ ġie eskluż mil-lista tal-Arġentina. Jorge Sampaoli, kowċ nazzjonali, għażel mill-ġdid lil Paulo Dybala.

Sors: TuttoJuve

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280