Massimiliano Allegri jaf ikollu jbiddel il-formazzjoni li kien qed juża b’riżultati tant tajba fl-aħħar ġimgħat.

Dan hekk kif Blaise Matuidi wkoll spiċċa jsofri minn injury, bil-konsegwenza li ġimgħa wara ġimgħa l-kowċ ta’ Juventus qed jara l-għażliet fil-midfield jonqsu drastikament.

Bl-ewwel indikazzjonijiet juru li l-midfielder Franċiż jaf jitlef xahar mill-azzjoni, Allegri mistenni jaqleb għall-4-2-3-1 jekk jirkupra Dybala jew jilgħab bil-4-4-2 jew 3-5-2.

Sors: Tuttosport

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280