Studju li sar minn Mediamonitor fost iktar minn elf sors differenti ta’ midja stampata, radju, televiżjoni, blogs u websites juri li l-kowċ ta’ Juventus hu l-iktar wieħed li ssemma matul is-sena.

L-istatistika turi li l-coaches huma l-iktar li jissemmew b’Massimiliano Allegri li ssemma 38,729 darba segwit minn Luciano Spalletti (36,564 darba) u Maurizio Sarri (27,220 darba).

Ir-raba’ post ukoll hu okkupat minn kowċ, b’Vincenzo Montella jissemmma 26,528 darba u warajh Francesco Totti (25,418-il darba), Simone Inzaghi (23,766 darba), l-eks President tal-FIGC Carlo Tavecchio u Eusebio Di Francesco (17,584 darba).

L-ewwel Juventin wara Allegri hu Paolo Dybala (16,363 darba) segwit minn Gonzalo Higuaín (15,440 darba). Warajhom Bonucci (13,724 darba), Insigne (12,992 darba), Icardi (12,223 darba), Immobile (10,911-il darba), Mertens (8,639 darba), Dzeko (6,932 darba), Donnarumma (6,667 darba) u Buffon (6,012-il darba).

Sors: Mediamonitor

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280