Daqqa ta’ ħarta kbira għall-Curva Sud ta’ Juventus hekk kif tħabbret il-mewt ta’ Massimo Lazzarini, magħruf aħjar fl-ambjent Juventin bħala Max il Condottiero.
Rapporti jindikaw li riċentament Lazzarini, li matul ħajtu kien involut ukoll fil-politika bħala kandidat tal-Partit Komunista, ħakmitu marda li wasslet għall-mewt tiegħu.
Max kien jifforma parti minn grupp ta’ ultras bl-isem ta’ Gli Irriducibili, li nħoloq fl-1990 f’Vallette, fil-periferija ta’ Turin. Iktar tard imbagħad involva ruħu mal-Bravi Ragazzi.
Sors: Curva Scirea
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com






