L-aġent ta’ Sergej Milinković-Savić iddikjara li l-plejer li jirrappreżenta, il-midfielder ta’ Lazio, hu aqwa minn Paul Pogba.

“Meta wasal fl-Italja, ikkumparawh ma’ Pogba. Illum nemmen li għandu kwalitajiet differenti u superjuri għall-Franċiż. Fl-aħħar sitt xhur għamel progressi enormi u jista’ jsir l-iktar plejer komplet fid-dinja,” iddikjara l-aġent tal-plejer.

Kompla li “mkien ma ssib plejer bil-fiżiċità tiegħu, bis-saħħa tiegħu u bil-kapaċità muskolari u tul tiegħu. Xi kultant ifakkarni f’Zinedine Zidane. Jista’ jsir aqwa minn Robben u Lampard u dalwaqt narawh mal-kandidati għar-rebħ tal-Ballun tad-Deheb.”

Sors: Mozzart Sport

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280