Juventus ħarġu għal-logħba mill-Coppa Italia kontra Genoa bi skwadra mibdula iżda b’saħħitha, bl-iskwadra li ftit li xejn irriskjat.

Madankollu, matul il-logħba Massimiliano Allegri xorta waħda deher bla paċenzja, jgħaddi ordnijiet kontinwi lill-plejers tiegħu u jirrabja mal-iċken żball inkluż meta Juventus kienu minn fuq.

Evidenti fost l-oħrajn ir-rabja tiegħu meta Kwadwo Asamoah kien kważi ta penalty lil Genoa. Asamoah deher jirrabja b’mod determinat.

Id-determinazzjoni ta’ Allegri, karatteristika tiegħu waqt kull logħba, mill-ġdid attirat id-determinazzjoni ta’ diversi analisti tal-futbol, bil-ġurnalist Massimo Pavan jinnota li Allegri jrid akkost ta’ kollox li s-sensiela ta’ logħob mingħajr gowls kontra tkompli titwal kemm jista’ jkun.

Sors: TuttoJuve

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280