Sal-ġimgħa li għaddiet kien rappurtat li Moise Kean iffirma kuntratt ma’ Juventus, iżda jidher li dan ma seħħx.

Jingħad li waqt laqgħa bejn Juventus u Mino Raiola, il-klabb offra kuntratt b’paga ta’ €700,000 fis-sena u dwar dan intlaħaq ftehim.

Madankollu, issa missier Moise ddikjara li Mino Raiola qatt ma ngħata l-prokura biex jieħu ħsieb il-futur tal-attakkant żagħżugħ u li kieku kienet deċiżjoni tiegħu, Biorou Jean Kean kien jagħżel aġent ieħor.

Barra minn hekk iddikjara li Juventus gidbulu: “Tlabt li Juventus jgħinuni nirritorna fil-Kosta tal-Avorju fejn għandi l-għelieqi li fihom nixtieq nikkultiva r-ross u l-qamħ. Tlabt ukoll li ningħata xi materjal agrikolu. Qaluli li ma kienx hemm problemi, imma meta morna quddiem l-avukat, Juventus irtiraw l-offerta għaliex qalu li r-rikjesti tiegħi kienu ikbar mill-baġit.”

Jekk Moise Kean jibqa’ ma jġeddidx sa Frar, Juventus jirriskjaw li jitilfuh b’xejn.

Sors: Tuttosport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280