Il-President ta’ Juventus Andrea Agnelli qed jirriskja sospensjoni fit-tul minn kull attività relatata mal-futbol fuq talba tal-Prokura Federali.

Il-każ hu dwar investigazzjoni li kellha l-għan li tiċċara r-relazzjoni bejn Juventus, uffiċjali għolja tal-klabb u ultras li kienu jinkoraġġixxu l-bejgħ tal-biljetti bi qligħ u b’infiltrazzjoni tal-Mafja.

It-talba tal-Prokura Federali hi ta’ sospensjoni għal sentejn u nofs li matulhom Agnelli ma jistax ikollu x’jaqsam ma’ kwalunkwe attività tal-futbol. L-akkuża hi li Agnelli awtorizza l-bejgħ ta’ season tickets u biljetti oħra iżjed mil-limitu permissibbli.

Deċiżjoni dwar dan il-każ, u allura jekk Agnelli jingħatax sospensjoni jew le, mistennija tingħata nhar il-Ġimgħa li ġej. Dan ifisser li Andrea Agnelli jaf ikollu jċedi l-kariga ta’ President tal-Assoċjazzjoni tal-klabb, għaxart ijiem biss wara li nħatar.

Ta’ min isemmi, però, dejjem jekk il-Prokura tilqa’ din it-talba, din tkun l-ewwel fażi f’sensiela ta’ proċedimenti u appelli oħra li jfisser li jistgħu jgħaddu snin qabel ma jkun hemm deċiżjoni definittiva kontra Agnelli.

Sors: Sky Sport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com