L-attakkant ta’ Hellas Verona Moise Kean irritorna lura f’Verona wara li tkeċċa mit-tim nazzjonali ta’ taħt id-19-il sena.
Jirriżulta li Kean, kif ukoll Gianluca Scamacca, intbagħtu lura għand il-klabbs rispettivi wara passi dixxiplinari kawża ta’ sensiela ta’ ċajt meqjus goff.
Kean irritorna lura għand Hellas Verona, il-klabb li miegħu ngħaqad b’self mingħand Juventus, u attenda għal sessjoni ta’ taħriġ mal-klabb bit-tama li jintgħażel għal-logħba kontra Fiorentina.
Sors: Hellas Verona/Goal
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com