Iċ-ċkejken Nael Aquilina, li ħa fama mondjali minħabba filmat fejn fih jirċievi flokk ta’ Inter, qata’ xewqtu u llum kien preżenti għal-logħba bejn Juventus u Benevento.

Mhux hekk biss iżda Nael kien preżenti għal festin f’għeluq snin Juventus u fi tmiem il-logħba kellu ċ-ċans li jiltaqa’ ma’ diversi plejers ta’ Juventus.

Kien dan is-sit l-ewwel li ppubblika l-filmat ta’ Nael qabel dar id-dinja. Wara, il-klabb sab ukoll lil Joe Schranz u Schranz Ltd li offrew il-vjaġġ ta’ Nael u missieru lejn Turin imħallas, inkluża l-akkomodazzjoni u l-biljetti tal-grawnd.

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280