Napoli tilfu kawża ċivili li mistennija tħalli riperkussjonijiet fuq il-klabbs kollha tas-Serie A, hekk kif kważi kull klabb tal-ogħla diviżjoni fl-Italja mhux jirrispetta l-liġi Taljana.

Dan hekk kif il-liġi tgħid li l-klabbs sportivi fl-Italja jridu jħallu lil tfal taħt l-14-il sena jidħlu b’xejn fil-grawnds rispettivi waqt il-logħob. Fil-każ ta’ Napoli, tfal li jagħlqu l-ħames snin iridu jħallsu l-prezz sħiħ.

Il-liġi ilha fis-seħħ sa mill-2007, iżda fis-Serie A huma biss Juventus u Roma li jħallu lok lit-tfal li jidħlu b’xejn. Madankollu, kuntrarju għal dak li tgħid il-liġi, hemm diversi limitazzjonijiet.

Fil-każ ta’ Juventus, huma biss tfal taħt is-sitt snin li jidħlu b’xejn waqt li hemm skont għal dawk taħt it-18-il sena u n-nisa. Dan l-iskont japplika biss għat-Tribuna Family (fejn ħafna drabi l-prezz ikun ogħla minn setturi oħra), mentri l-liġi tgħid li d-dħul għandu jkun b’xejn u f’kull settur tal-grawnd għal tfal taħt l-14-il sena.

Sors: Le Iene

Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280