Nicola Higuaín, ħu l-attakkant Arġentin ta’ Juventus, qal li l-plejer jinsab kuntent mal-klabb u ma jeskludix li jirtira f’Turin.
“Għadni niftakar il-mument li ffirma l-kuntratt ma’ Juventus. Qabadni minn idi, u qabeż bil-ferħ jikkumplimentani talli rnexxielna nagħmlu dan it-trasferiment possibbli. Kien iktar minn kuntent. Jista’ jirtira ma’ Juventus. Fadallu tliet snin u nofs kuntratt. Jinsab kuntent,” iddikjara Nicola Higuaín.
Sors: Tuttosport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com