Id-difensur internazzjonali Maltija Nicole Sciberras li għal dawn l-aħħar sentejn kienet fuq il-kotba tal-klabb tan-nisa ta’ Juventus, se tingħaqad b’self għal staġun mal-klabb ta’ UPC Tavagnacco calcio femminile. Dan il-klabb jimmilita fis-Serie B tal-futbol tan-nisa fl-Italja.

Għal dawn l-aħħar żewġ staġuni hija lagħbet ħafna drabi mal-Primavera tal-istess Juventus u għaldaqstant hija se tingħaqad b’self mal-klabb tas-Serie B sabiex tkun tista’ tilgħab b’mod iktar regolari u jkollha ċ-ċans tiżviluppa t-talent tagħha; talent li Juventus jemmnu ħafna fih u hija għal din ir-raġuni li se tintbgħat tilgħab b’self.

Sciberras li bħalissa tinsab għall-vaganzi mal-familja tagħha ġewwa pajjiżna mistennija tingħaqad mal-klabb il-ġdid lejn l-aħħar ta’ Lulju.

Minn qalbna nawguraw kull suċċess lil Sciberras u li ma ndumux ma nerġgħu narawha ma’ Juventus!

Nicole Sciberras to join UPC Tavagnacco calcio femminile on loan

Malta women’s international defender Nicole Sciberras who has been on the books of Italian champions Juventus Women for the past two seasons will join Serie B side UPC Tavagnacco calcio femminile on loan for one season.

For the past two season Sciberras played most of the times with the Primavera and for this reason, she will be joining the Serie B side to get more playing time in order to improve on her talent; a talent in which Juventus believe so much.

Sciberras who is currently enjoying her summer holidays in Malta with her family is expected to join her new club by the end of July.

We wholeheartedly wish Sciberras every success and hope that she will wear the black & white stripes soon!