L-aġent rinomat ta’ diversi plejers stabbiliti Mino Raiola tkellem fuq l-istilla tal-preżent Paulo Dybala fejn fl-opinjoni tiegħu qal li Dybala ħaqqu aħjar minn Juventus iżda jinsab ċert li fiż-żmien li ġej l-istilla Arġentina se jkun qed iħalli lil Juventus.
“Iva, nemmen li fiż-żmien li ġej Dybala jħalli lil Juventus però fl-opinjoni tiegħi jrid imur ma’ tim li jkollu proġett adattat għalih. It-tim ta’ Barcelona ma nemminx li hija l-aħjar għażla għalih però żgur li jkun ideali jekk jilgħab ma’ Real Madrid, Manchester United, Manchester City jew Chelsea.”
Sors: Goal
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com