Fl-ewwel kummenti wara r-rebħa kontra Genoa u t-tripletta personali, Paulo Dybala sostna li n-numru 10 qed iġiblu l-furtuna f’dan l-istaġun.
“Personalment ninsab vera kuntent b’dak li qed nagħmel s’issa f’dan l-istaġun. Kont naf li n-numru 10 ta’ Juventus għandu ħafna piż u li se tkun sfida diffiċli però s’issa qed iġibli ħafna furtuna.”
Sors: Mediaset Premium
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com