Diversi siti Taljani qed jirrappurtaw li l-partitarji ta’ Inter preżenti fl-Allianz Stadium għamlu xi ħsarat fl-istess grawnd.

Dawn l-istess partitarji jidher li kissru xi siġġijiet u toilets u saħansitra mbottaw mara li kienet waħda mill-persuni inkarigati mis-sigurtà tal-istess grawnd.

Aħbar tajba hija li dan l-individwu li mbotta lil din il-mara nqabad mill-filmati tas-CCTV.

L-aħħar indikazzjonijiet juru li qed ikunu investigati żewġ partitarji Interisti u tnejn ta’ Juventus, akkużati li waddbu oġġetti lejn is-setturi rispettivi jew li ppruvaw jaqsmu għan-naħa l-oħra.

Kien hemm ukoll 48 ultra Interisti li ma tħallewx jidħlu fil-grawnd minħabba irregolaritajiet fil-biljetti. Dan wassal biex madwar 250 partitarju taw darhom lejn il-grawnd fi tmiem l-ewwel taqsima.

Sors: Il Corriere dello Sport

Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280