L-attakkant Portugiż Cristiano Ronaldo stieden lill-familja u l-ħbieb tiegħu biex isegwuh waqt id-debutt tiegħu fl-Allianz Stadium kontra Lazio.

Ħabbret dan il-ġurnalista Claudia Garcia, Brażiljana li ġiet intervistata minn Rai Sport fejn qalet ukoll li Ronaldo qed jitlob lid-diriġenti tal-klabb jgħinuh fit-tranżlazzjoni tal-posts tiegħu fuq Twitter biex jiktibhom bit-Taljan.

Stqarret ukoll li Ronaldo hu kuntent ħafna bid-debutt f’Villar Perosa minħabba l-aspett familjari tal-logħba. Iddikjarat li Ronaldo qed jipprova jgħix bis-sħiħ l-atmosfera Taljana, tant li qed jipprova jitgħallem it-Taljan u mar jiekol f’pizzerija ta’ Turin mingħajr ma talab li jkun f’xi żona ristretta.

Sors: Rai Sport

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280