Il-Pulizija arrestat partitarju Naplitan li fl-ewwel taqsima tal-logħba bejn Juventus u Napoli qaċċat u waddab siġġu tal-Allianz Stadium lejn il-partitarji Juventini.
Il-partitarju, minn Benevento, kien wieħed minn madwar 700 partitarju li assistew il-logħba mis-Settore Ospiti. L-azzjoni tal-partitarju Naplitan inqabdet mill-kameras tas-sigurtà u kien rappurtat immedjatament lill-uffiċjali tad-Digos.
Hu kien arrestat immedjatament u issa mistenni jaffaċċja akkużi li wettaq ħsara kif ukoll li waddab affarijiet perikolużi waqt il-logħba. Dan ma kienx l-uniku episodju li nqabad mill-kameras, għalkemm l-oħrajn ma kinux daqstant maġġuri.
Għal din il-logħba, li għaliha attendew mad-39,000 partitarju, kien hemm xejn inqas minn 400 aġent tas-sigurtà.
Sors: La Stampa di Torino
Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com






