Il-FIFA qed telabora proġett ta’ Tazza tad-Dinja għall-klabbs li hu ppjanat li jibda fis-sajf tal-2021 fejn la jkun hemm Tazza tad-Dinja, la Tazza tan-Nazzjonijiet u lanqas Copa America.

Jekk l-affarijiet jibqgħu kif inhuma, mill-Italja jikkwalifikaw biss Juventus hekk kif mistenni jkun hemm biss spazju wieħed għall-Italja.

Skont Marca, ftit li xejn hu magħruf dwar kif se jaħdem dan it-turnew għalkemm hu maħsub li jsir kull erba’ snin u jikkompetu fih 24 klabb mill-ħames kontinenti.

Mill-Ewropa mistennija jikkwalifikaw 12-il skwadra li jikkwalifikaw b’dan il-mod: l-aħħar erba’ rebbieħa taċ-Champions League, l-aħħar erba’ finalisti u erbgħa bl-aqwa coefficent.

Li kieku ssir illum, minn Spanja mistennija jikkwalifikaw erba’ skwadri (Real Madrid, Barcelona, Atletico Madrid u Seville), tnejn Ingliżi (Manchester City u Arsenal), tnejn Ġermaniżi (Bayern München u Borussia Dortmund) kif ukoll PSG u Juventus.

Sors: Marca

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artilu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280