L-attakkant ta’ Juventus Paulo Dybala ta sorpriża lil Nirvana, tfajla li għaddejja minn ġlieda kontra l-kanċer, ftit sigħat biss wara li rċeviet il-Griżma tal-Isqof.

Dan hekk kif Nirvana, tfajla li tappoġġja lil Juventus, irritornat lejn Rainbow Ward wara ċ-ċerimonja u sabet flokk iffirmat minn Dybala jistennieha bħala rigal.

Dan apparti festin organizzat lilha minn Jays of Sunshine, li hi għaqda volontarja mmexxija minn żgħażagħ li tilfu lill-għeżież tagħhom minħabba l-kanċer.

Sors: Jays of Sunshine

Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280