L-attakkant ta’ Juventus Paulo Dybala beda kampanja fuq il-midja soċjali fejn qed jitlob l-għajnuna tal-pubbliku biex isib lil tifel mill-Iraq li l-filmat tiegħu qed jinxtered fl-aħħar sigħat.
Fil-filmat, it-tifel jidher liebes flokk ta’ Dybala waqt li jimmira lejn toqba żgħira u jirnexxilu jgħaddi l-ballun minnha bi freekick preċiż. Hu jiċċelebra bid-Dybala Mask.
L-impressjonanti f’dan il-filmat, apparti l-preċiżjoni tat-tifel, hu l-fatt li qed jilgħab qalb it-tifrik tal-post fejn jgħix, bl-Iraq li ilu snin fi stat ta’ gwerra jew instabbiltà politika.
Sors: Instagram
Il-klabb qed joffri numru limitat ta’ postijiet għal tours organizzati bi sħab bejn il-klabb u Britannia Tours, għal-logħob kontra Cagliari, Manchester United, Spal u Valencia. Dawk interessati mitluba jċemplu lil Britannia fuq 21245418 jew 21238039 inkella jagħmlu kuntatt b’email fuq sales@bsl.com.mt
Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com






