L-attakkant ta’ Juventus Paulo Dybala naqqax ismu fl-istorja ta’ Juventus.

Dan hekk kif Dybala issa skurja f’kull waħda mill-erba’ logħbiet mill-bidu tas-Serie A, xi ħaġa li l-ebda plejer ieħor qatt m’għamel ma’ Juventus.

Bit-tripletta kontra Sassuolo, b’hekk Dybala s’issa skurja 52 gowl f’100 logħba mal-klabb, 8 gowls f’4 logħbiet tas-Serie A matul dan l-istaġun u 10 gowls f’6 logħbiet jekk wieħed jikkunsidra l-kompetizzjonijiet kollha.

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com