Minkejja ġimgħat nieqes mill-azzjoni minħabba injury, għal Paulo Dybala dan il-kampjonat issa sar l-aqwa wieħed fil-karriera tiegħu.

Dan hekk kif l-attakkant Arġentin kellu bżonn gowl biex jilħaq it-tragward ta’ 23 gowl li kien skurja fl-2015/16. Bid-doppjetta li s’issa skurja kontra Benevento, Dybala b’hekk qabeż ir-rekord personali u waqqaf wieħed ġdid.

Interessanti wieħed jinnota wkoll li matul il-karriera tiegħu s’issa, Dybala skurja 104 gowl, li 66 minnhom ġew skurjati bil-flokk ta’ Juventus.

Sors: Tuttosport

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280