L-attakkant Arġentin Paulo Dybala, fiċ-ċentru tal-kritika għal prestazzjonijiet mhux daqstant tajba fl-aħħar ġimgħat, ħalef li se jagħmel minn kollox biex jirbaħ il-kampjonat u t-Tazza tad-Dinja.
Il-kummenti tiegħu, li ma sarux b’mod pubbliku, kienu kkwotati minn Il Corriere di Torino: “Sew jekk nilgħab logħba sħiħa jew imqar għoxrin minuta, se nilgħab għall-mewt. Irrid kemm il-kampjonat kif ukoll it-Tazza tad-Dinja.”
Skont l-istess ġurnal, Dybala ddikjara dan ma’ sħabu, ftit jiem qabel il-wasla tal-kowċ nazzjonali tal-Arġentina Sampaoli li mistenni jara lil Dybala u Icardi fl-azzjoni.
Sors: Il Corriere di Torino
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com






