Minkejja ġimgħat nieqes mill-azzjoni, għal Paulo Dybala dan il-kampjonat dalwaqt isir l-aqwa wieħed fil-karriera tiegħu.

Dan hekk kif l-attakkant Arġentin irid jiskurja biss żewġ gowls oħra biex jilħaq it-tragward ta’ 23 gowl li kien skurja fl-2015/16. Sat-13 ta’ Marzu, fejn din is-sena skurja 21 gowl, dakinhar Dybala kien skurja 18-il gowl.

Is-sena li għaddiet Dybala skurja 19-il gowl, li minnhom sitta kienu skurjati qabel it-13 ta’ Marzu.

Interessanti wieħed jinnota wkoll li matul il-karriera tiegħu s’issa, Dybala skurja 101 gowl, li 63 minnhom ġew skurjati bil-flokk ta’ Juventus.

Sors: Tuttosport

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280