Il-leġġenda ta’ Juventus u tar-Repubblika Ċeka, Pavel Nedvěd, irritorna għall-futbol milgħub.

Dan hekk kif Nedvěd iffirma mal-klabb ta’ Skalná, fejn beda l-karriera tiegħu f’livell ta’ youths minn meta kellu ħames snin sa meta għalaq 13, biex ikun jista’ jilgħab logħba waħda.

Ibnu hu rreġistrat mal-istess klabb iżda jgħix f’Turin mal-kumplament tal-familja. Madankollu, Pavel junior jilgħab mal-istess Skalná meta jinzerta fir-Repubblika Ċeka.

Nedvěd, li għandu 45 sena, lagħab l-aħħar fil-31 ta’ Marzu tal-2009 f’logħba kontra Torino.

Sors: Tuttosport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com