It-tabib tat-tim internazzjonali tal-Bożnija kkonferma li Miralem Pjanić mistenni jdum barra bejn 3 u 4 ġimgħat wara li sofra injury fil-koxxa qabel il-partita kontra Olympiacos.
It-tabib ikkonferma li tkellem mal-plejer u kkonferma wkoll li Pjanić għandu ferita ta’ 2 ċentimetri fil-muskolu ta’ fuq l-irkoppa. L-eks plejer ta’ Roma mistenni jitlef partiti importanti bħal kontra Lazio, Milan u ż-żewġ partiti fiċ-Champions League kontra Sporting.
Sors: ItaSportPress