Traġedja għal Juventus hekk kif Tommaso Cerase tilef ħajtu waqt sessjoni ta’ taħriġ li kienet għaddejja fi New York, l-Istati Uniti.

Cerase, li kellu biss disa’ snin, kien jattendi f’Akkademja ta’ Juventus meta s-Sibt filgħodu l-ħolma tiegħu ntemmet fi traġedja. Jirriżulta li lasta waqgħet fuq it-tifel, bil-konsegwenza li sofra ġrieħi serji u tilef ħajtu mal-wasla fl-isptar.

Waqt l-inċident li ħasad ħajjet Tommaso, li flimkien mal-ġenituri tiegħu kien jgħix f’Upper West Side tal-Big Apple, kien hemm preżenti wkoll ommu Barbara Riccardi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sors: America Oggi

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com