Wara t-tluq ta’ Leonardo Bonucci, id-Direttur Sportiv ta’ Juventus Beppe Marotta sostna li plejers kbar imorru u jiġu oħrajn flokhom però l-klabb ta’ Juventus jibqa’ għal dejjem u l-mentalità rebbieħa se tibqa’ tirrenja f’dan il-klabb.

“Plejers kbar imorru u jiġu iżda l-klabb jibqa’ għal dejjem. L-għatx għar-rebħ xorta waħda jinsab fina għalkemm jitilqu l-plejers. Dawn l-aħħar sitt snin kienu snin leġġendarji għal Juventus fejn ktibna l-istorja fl-Italja u fil-futbol mondjali.”

Sors: Tuttosport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280