Fil-jum ta’ San Valentinu, plejers ta’ Juventus tefgħu ritratti mal-maħbubin tagħhom. Fost dawn hemm Dybala, Rugani u Marchisio.
Min-naħa l-oħra, għal Mario Mandžukić, jum San Valentinu huwa #NoGood. Jibqgħu jiżdiedu l-vidjows umoristiċi mill-paġna ta’ Juventus fuq Facebook tal-idolu l-ġdid ta’ ħafna sapporters Juventini.
U f’din il-ġurnata li tfakkar l-imħabba, ejja niftakru f’nies li jinsabu waħedhom, jew inqas ixxurtjajti minna. Ejjew niftakru li l-bnedmin huma familja waħda kbira. U iktar importanti minn hekk, l-imħabba għandha tiġi mfakkra tul is-sena kollha, u mhux biss fil-ġurnata tal-14 ta’ Frar.
U għal ħafna tfajliet, illejla jerġa jibda l-uġigħ ta’ ras għaliex tirritorna ċ-Champions League. Almenu għall-Juventini m’għandhiex tkun problema, għax fadlilna ġimgħa oħra stressjati biex nilagħbu kontra Porto.
Nixtieq nawgura lill-qarrejja kollha, l-isbaħ xewqat f’dan il-jum.






