Illum il-Hamis fis-6pm se jitilgħu l-poloz tal-gruppi tal-Uefa Champions League. 32 tim se jkunu mqassma f’4 pots. Juventus se jkunu f’pot numru wieħed.

F’pot 1 flimkien ma’ Juventus se jkun hemm Real Madrid, Atletico Madrid, Barcelona, Bayern München, Manchester City, PSG u Lokomotiv Moscow. F’pot numru 2 se jkun hemm Manchester United, Borussia Dortmund, Porto, Shakhtar Donetsk, Benfica, Napoli, Tottenham Hotspur u Roma.

F’pot 3 se jkun hemm Liverpool, Schalke 04, Lyon, Monaco, Red Star Belgrade, PSV, Ajax u CSKA Moscow. Fl-aħħar pot se jkun hemm Valencia, Viktoria Plzen, Brugge, Galatasaray, Young Boys, Inter, Hoffenheim u AEK Athens.

Juventus, kif kulħadd jaf, ma jistgħux jiġu ma’ timijiet Taljani fl-istess grupp.

Sors: Tuttosport

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280