Id-deċiżjoni tal-appell tal-President ta’ Juventus Andrea Agnelli u tal-kollaboraturi l-oħra dwar il-każ tal-biljetti mogħtija lill-ultras ġiet posposta u mistennija tittieħed fl-4 ta’ Diċembru.

Dan wara li l-avukati ta’ Andrea Agnelli, Luigi Chiappero u Franco Coppi, talbu lill-Qorti biex ikollhom iċ-ċans jippreżentaw diversi dokumenti dwar każi simili li saru fil-passat.

L-iskop tal-avukati hu li juru kif f’dan il-każ is-sentenza ta’ sena inibizzjoni lil Andrea Agnelli u multa ta’ €300,000 lil Juventus kienet esaġerata u sproporzjonata.

Biss biss fil-każi preċedenti u simili għal dan, il-President ma kienx jiġi sospiż minn kull attività sportiva kif seħħ din id-darba. Dan iktar u iktar meta fis-sentenza tiegħu, l-Imħallef Penali iddikjara li Juventus kienet vittma ta’ rikatt, iżda l-Imħallef Sportiv jidher li ma kkunsidrax dan.

B’hekk issa l-Qorti tal-Appell se tanalizza dawn id-dokumenti u tikkunsidrahom meta tieħu d-deċiżjoni.

Sors: TuttoJuve

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artilu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280