Douglas Costa kien wieħed mill-protagonisti fir-rebħa tal-Brażil fuq il-Costa Rica speċjalment fit-tieni gowl hekk kif produċa l-assist lil Neymar biex il-Brażil rebħu bl-iskor ta’ 2-0.

Wara l-partita kien hemm ħafna tifħir lejn Costa għall-prestazzjoni tiegħu fit-tieni taqsima u kif kien mistoqsi dwar dan, Costa sostna li qed isaħħaħ l-abbiltajiet u l-wirjiet tiegħu grazzi għal Allegri u Juventus.

“Huwa vera li kelli prestazzjoni tajba iżda hemm żewġ fatturi importanti li qed jgħinuni biex nilgħab aħjar. Dawn huma Massimiliano Allegri u Juventus.”

Costa kompla jgħid li Massimiliano Allegri kien ta’ għajnuna kbira għalih hekk kif dejjem kompla jgħinu jżid fir-ritmu tal-logħob u jagħti aktar saħħa lit-tim.

Sors: Tuttosport

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280