Massimiliano Allegri jista’ jibda jitbissem hekk kif fil-jiem li ġejjin mistenni r-ritorn ta’ mill-inqas erba’ plejers li kienu mweġġgħa.
Fl-aħħar sigħat tħabbar li Marko Pjaca se jilgħab mal-Primavera kontra Lazio, nhar is-Sibt li ġej.
Dan filwaqt li kemm hu, kif ukoll Matuidi, Sturaro u Höwedes bdew jitħarrġu għal xi ħin flimkien mal-kumplament ta’ sħabhom.
Sors: TuttoJuve
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com