Fl-aħħar jiem diversi ġurnali imma wkoll u b’mod speċjali avversarji Interisti u Naplitani użaw ritratti ta’ ċertu Roberto Orsato jiċċelebra r-rebħ tal-kampjonati Juventini.

Fl-argumenti tagħhom, huma ddikjaraw li mhux ta’ b’xejn li r-referee Orsato (skonthom) iffavorixxa lil Juventus, ladarba ħuħ hu akkanit tant tal-istess klabb ta’ Turin.

Iżda ħareġ li dan mhux minnu hekk kif Roberto hu biss qarib mill-bogħod tal-istess Daniele Orsato, ir-referee. Kawża tal-artikli foloz li ħarġu, kemm Roberto u martu kellhom jagħlqu l-profili fuq il-midja soċjali tant qalgħu tgħajjir u theddid ta’ mewt.

Sors: La Gazzetta dello Sport

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280