Minkejja li għadna lanqas wasalna f’nofs l-istaġun, il-midfielder Urugwajan Rodrigo Bentancur diġà lagħab iktar minuti mill-istaġun li għadda.

Bil-logħba kontra Valencia, Bentancur għaqqad id-disa’ logħba infila fejn lagħab il-ħin kollu mingħajr ma ġie sostitwit. B’hekk s’issa għaqqad 810 minuti logħob f’inqas minn xahrejn, għal total ta’ 1,010 f’dan l-istaġun. F’dawn ix-xahrejn kien hemm ukoll waqfa tan-nazzjonal, iżda hawn ukoll Bentancur ma straħx għax lagħab għal pajjiżu.

Iktar minn Bentancur lagħab biss Cristiano Ronaldo (1,469 minuta) waqt li Miralem Pjanić ukoll lagħab f’disa’ logħbiet infila iżda f’erbgħa minnhom ġie sostitwit.

Sors: La Gazzetta dello Sport

Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280