Rodrigo Bentancur, li beda avventura ġdida ma’ Juventus u qed jiġġieled biex jirbaħ post regolari, kellu kliem ta’ tifħir għall-goalkeeper Gianluigi Buffon.
“Buffon hu inkredibbli. Mindu wasalt f’Turin trattani tajjeb. Dejjem ġentili, isellimli dejjem, u meta kien imissni niddebutta kontra Genoa, issuġġerili biex nilgħab b’mod trankwill għax ma kellix pressjoni biex nuri xi ħaġa speċjali,” iddikjara Bentancur.
Kompla billi ddeskriva lil Buffon bħala bniedem kbir.
Sors: Sky Sport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com